Matul il-ġurnata, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara f’diversi kmamar tal-aħbarijiet fejn irringrazzja lill-impjegati u l-ġurnalisti kollha li jaħdmu f’dawn il-kmamar tal-aħbarijiet, hekk kif bla dubju dawn il-ħames ġimgħat li ġejjin se jkunu kkaratterizzati minn ħidma bla waqfien fl-eqqel ta’ kampanja elettorali.
Bernard Grech minn dejjem saħaq li huwa importanti li nelevaw il-ġurnaliżmu u l-ġurnalist u nsostnuhom għal-livell li jixraqilhom. Dan hekk kif il-ġurnaliżmu għandna tassew inħarsu lejh bħala pilastru ewlieni tad-demokrazija.
Matul dawn il-laqgha, huwa enfasizza l-fatt li l-ġurnalisti huma kruċjali għad-demokrazija, u l-protezzjoni tagħhom ghandha tkun garantita specjalment meta l-istat jattakkahom għal dak li jagħmlu.
Fost il-kmamar tal-aħbarijiet li Bernard Grech żar dalghodu kien hemm it-Times of Malta, Malta Daily, Newsbook, Malta Today, The Malta Independent, Lovin Malta u Free Hour.


