Ekonomija Elezzjoni 2022 Lokali

Il-proposti tal-PN “se jġibu xogħol ta’ valur miżjud… xogħol li jħallas aktar”

“Se jġibu xogħol ta’ valur miżjud… xogħol li jħallas aktar.” – Hija din l-ewwel reazzjoni ta’ Joe Farrugia, id-Direttur Ġenerali tal-Malta Emplyers Association meta kien qed jitkellem dwar il-proposta tal-PN li joħloq 10 setturi ġodda tal-ekonomija b’investiment ta’ biljun ewro. Hu saħaq li l-fatt li l-Partit Nazzjonalist qed jara li l-ekonomija għandha bżonn titrasforma ruħha huwa importanti ħafna għaliex l-MEA ilha tisħaq fuqha.

Il-PN lest jimbotta ‘l quddiem investimenti bbażati fuq servizzi ta’ compliance u due diligence, Manifattura avvanzata u speċjalizzata magħrufa wkoll bħala Robotika, it-3D Printing, l-eSports, il-produzzjoni ta’ video games, u l-Metavers, li għal din il-proposta Joe Farrugia kellu kliem ta’ tifħir.

Id-Direttur Ġenerali tal-MEA saħaq fuq l-importanza li ninvestu fin-nies… u b’hekk inkunu qed ngħinu l-Ambjent ta’ pajjiżna u mhux noħonquh. Hu stqarr li wasal iż-żmien li nippjanaw, nirfinaw u infittxu aktar niċċeċ li jistgħu jidħlu fl-ekomonija ta’ pajjiżna.

Kif filfatt, qed jagħmel il-PN meta fost l-oħrajn qed jipproponi li tissaħħaħ l-industrija tal-isport fl-aspett mediku u turistiku, it-tisħiħ tal-enerġija permezz tal-optimisation tal-użu tal-enerġija fil-kumpaniji, u l-ħolqien ta’ intraprizi soċjali u l-Inteliġenza Artifiċjali.

Joe Farrugia qal li din il-viżjoni tal-PN toffri xi ħaġa fit-tul għaliex tħares lejn “ekonomija mibnija fuq kwalità u mhux kwantita”

Din l-ewwel proposta b’viżjoni li ħabbar il-Kap tal-PN ser tkun qed toħloq ħafna ġid li jista jitqassam mal-poplu Maltin u Għawdxi. Mhux biss.. Dan l-investiment fl-ekonomija ta’ pajjiżna, b’garanzija, se joħloq eluf kbar ta’ impjiegi ġodda, ta’ kwalità u li jrendu paga b’saħħitha. Minn naħa tiegħu, waqt konferenza tal-aħbarijiet, Bernard Grech fakkar kif Gvern Nazzjonalista diġa wera biċ-ċar li kapaċi joħloq setturi ġodda għaliex għamel dan matul is-snin li għaddew b’setturi bħal farmaċewtika, avjazzjoni, gaming, is-settur finanzjarju, is-settur marittimu u aktar.