Futbol Sport

Il-UEFA mistennija tbiddel l-istadium li se jospita il-finali taċ-Champions League

Il-UEFA mistennija fil-jiem li ġejjin iċċaqlaq il-finali tal-UEFA Champions League minn San Pietruburgu fir-Russja, fid-dawl tat-tensjoni li qed tiskala bejn l-Ukrajna u r-Russja. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li mhux se jkun possibli li jsiru l-ebda avvenimenti sportivi f’dan il-pajjiż, jekk ir-Russja se tinvadi lill-Ukrajna. Il-FIFA qed tosserva l-iżviluppi fis-sitwazzjoni li qed tinbidel minn mument għall-ieħor, fejn mistennija tieħu deċiżjoni dwar liema stadium se jkun qed jospita l-finali tal-UEFA Champions League fl-2022.