Illejla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jindirizza l-attività politika taħt it-tinda li se ssir fil-lokalità ta’ San Ġiljan, fil-parkeġġ tat-Tigulio.
L-attività tibda fis-sitta ta’ filgħaxija u dawk kollha li jattendu se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-Kap Bernard Grech kif ukoll ma’ diversi kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali.
