Sport Sport Ieħor

Rachid Chouhal b’suċċess fil-Kampjonati Ewropej tal-Masters

L-atleta Malti Rachid Chouhal kiseb suċċess fil-Kampjonati Ewropej tal-Masters li qed isiru fi Braga fil-Portugall fil-kategorija tal-long jump.

Chouhal rnexxielu jaqbeż distanza ta’ 6 metri u 41 ċentimetru biex sar iċ-champion Ewropew ta’ din il-kategorija.

Rachid Chouhal irrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 fl-atletika fil-100 metru filwaqt li kiseb numru ta’ midalji għal Malta f’edizzjonijiet passati tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.