Waqt konferenza tal-aħbarijiet propju dwar it-taxxa fuq id-dħul, Robert Abela reġa’ wera biċ-ċar li m’għandu l-ebda intenzjoni li jrodd lura l-mijiet ta’ eluf misruqa minn ħlas żejjed ta’ income tax mill-ħaddiem.
Fl-aħħar jiem, it-Times of Malta żvelat li minn eżerċizzju li għamlet jirriżulta li l-Gvern kien qed jikkalkula ħażin it-taxxa fuq żewġ faxex tat-taxxa li wassal biex kien hemm serq ta’ aktar minn €100 fis-sena f’taxxa għal kull persuna. Dan ifisser li koppja li taqla’ aktar minn €28,700 insterqet aktar minn €1,200 tul dawk l-aħħar sitt snin jew aktar minn €600 żejda fi ħlas għal ħaddiem single.
Mistoqsi direttament minn Net News jekk hux se jkun qed irodd lura dan is-serq, Abela indika biċ-ċar li l-ħaddiema li ħallsu din it-taxxa żejda se jibqgħu b’xiber inmieħer.
//= $special ?>