“Kulħadd kien ħabib ta’ Yorgen Fenech”. Hekk stqarret id-deputat Laburista Rosianne Cuatajr f’intervista li tat lis-sit MaltaDaily fejn sarulha numru ta’ domandi dwar il-każ tal-proprjeta’ tal-Imdina li kien qed jinnogozja l-allegat kompliċi fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Cutajar tkellmet fost l-oħrajn dwar l-akkużi relatati ma’ “servizzi sesswali” li skont rapporti hi kienet allegatament tagħti fi Sqallija. U insistiet li hi weġġgħet ħafna mill-pinna ta’ Caruana Galizia. “Bagħtejt jien u bagħtew in-nies qrib tiegħi”.
Fl-intervista ma’ Fabian Demicoli, Rosianne Cutajar tkellmet dwar il-kundanna tal-Kummissarju tal-Istandards. U insistiet illi li kieku ir-rapport Hyzler kien ippubblikat illum…probabbilment ma kinitx tiddeċiedi li tirriżenja.
“Kien hemm min tawh il-giljottina, u wara skoperew li kien żball”, qalet Cutajar.
Rosianne Cutajar spjegat ukoll kif għaliha kienet trawma meta kellha tirriżenja minn Segretarju Parlamentari.
Fl-istess intervista issemma’ l-famuż video ta’ Cutajar fejn dehret tiżfen waqt btala barra minn Malta. Bid-deputat Laburista tgħid li ankè Barack Obama iħobb jiżfen!
//= $special ?>

