Biex jappoġġja lill-familji fil-formazzjoni tat-tfal, Gvern ġdid tal-Partit Nazzjonalista ser idaħħal skemi biex ġenituri jkunu jistgħu jnaqqsu mid-dħul taxxabbli, kull miżata tal-iskola, ħlasijiet għall-attivitajiet extrakurrikulari kif ukoll dawk marbutin mal-isport.
Gvern tal-PN ser jipprovdi għotja annwali ta’ €300 lill-ġenituri tal-istudenti iżgħar minn 18-il sena li jieħdu sehem f’xi programm estrakurrikulari strutturat u rreġistrat ma’ assoċjazzjoni konformi mal-ESG tal-għażla tagħhom, fl-isport, performing arts, kultura u arti.
Dan tħabbar mill-Kap tal-PN Bernard Grech meta kien mistieden fl-ewwel edizzjoni tal-programm ‘Qalb il-Familja’ li ser ikun qed jixxandar fuq Net Television kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ħamis fil-11:00am.
Bernard Grech fakkar kif dawn il-proposti jkomplu jinċentivaw biex aktar tfal u żgħażagħ jipprattikaw l-isport jew jagħżlu karriera fil-kultura u fl-arti għaliex din hija parti mill-edukazzjoni li Gvern ġdid tal-PN se jinċentiva. Hawnhekk reġa’ ta d-dettalji ta’ proposta oħra li ħabbar fl-aħħar jiem fejn titnaqqas ir-rata tat-taxxa għal 5% fuq l-ewwel 80,000 Ewro għall-isportivi, l-artisti, kowċis, kantanti, u aktar persuni li jaħdmu u jaqilgħu paga minn dawn is-setturi.
//= $special ?>