Il-Mexxej Laburista Robert Abela ċeda għall-pressjoni li għamel il-Partit Nazzjonalista u – ftit ‘il bogħod minfejn il-Ministru Ian Borg insista kemm-il darba li dan il-proġett hu bżonnjuż – iddikjara li l-proċess se jieqaf hawn.
Fix-xhur li għaddew, il-Ministru Ian Borg għamel minn kollox biex jippromwovi dan il-proġett, li sab l-oppożizzjoni wkoll tar-residenti Skalin u anke diversi organizzazzjonijiet, bħall-Kunsill Lokali.
Iżda quddiem dan kollu, Abela reġa’ għażel li jisfida lil Borg – magħruf li hu parti mill-klikka ta’ Joseph Muscat, aktar milli tal-Leader attwali – f’mossa li tista’ anke tfissirlu t-tmiem ta’ Ministeru kbir bħal dak tat-Toroq.
Min-naħa l-oħra, l-aħbar li Abela għamel il-u-turn dwar il-proġett tal-Marina fil-Bajja ta’ Marsaskala, ħafna reaġixxew fuq il-media soċjali u esprimew id-dubju kemm il-Mexxej Laburista verament għandu l-intenzjoni jwaqqaf dan il-proġett.
Fil-fatt, huma qed jantiċipaw li l-intenzjoni ta’ Abela hi aktar relatata mal-elezzjoni ġenerali, bil-proġett ikompli jekk jirbaħ l-elezzjoni ġenerali tax-xahar li ġej.









