L-Uffiċjali f’Moska qed jgħidu li r-Russja mhix taħseb biex tibgħat minn ‘issa’ il-militar tagħha lejn il-lvant tal-Ukrajna iżda dan għandu jsir ‘f’każ ta’ theddida mill-Gvern fi Kiev’.
Dan wara li l-Parlament ta’ Moska rratifika l-ftehim ta’ kooperazzjoni mar-repubbliki separatisti tal-Ukrajna.
Il-Viċi-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Andrei Rudenko, qal li t-tratti ta’ Moska ma’ Donetsk u Luhansk jinkludu l-proviżjoni ta’ ‘għajnuna militari’ iżda sostna li ‘wieħed mgħandux jispekula dwar il-movimenti tat-truppi.’
Rudenko qal li ‘għalissa ħadd mhu qed jaħseb biex jibgħat lit-truppi lejn iz-zoni speċifiċi’ iżda fl-istess ħin wissa li r-Russja, f’każ ta’ theddida, għandha tipprovdi għajnuna lir-repubbliki separatisti fl-Ukrajna skont it-tratti ratifikati ma’ Luhansk u Donetsk.
//= $special ?>