Elezzjoni 2022 Lokali

“Aħna miegħek… għax aħna lilek irriduk tgħix aħjar”- Bernard Grech

Waqt li kien qed jindirizza attività politika fil-Ħamrun, il-Kap tal-PN Bernard Grech irrinigrazzja lill-kandidati kollha għall-ħidma tagħhom bla waqfien.

Huwa tkellem fuq ir-riġernerazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fejn kulħadd qed jifhem li biex il-Partit ikompli jikber irid jibqa’ jinbidel ta’ kuljum. Sellem lil Claudio Grech li huwa l-pilastru li jkun dejjem hemm warajh.

Bernard Grech qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija mibnija fuq l-imħabba kbira lejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu, fejn ana rridu nkunu miegħek u flimkien inġibu dan il-pajjiż ‘il quddiem.

Li l-persuna tkun fiċ-ċentru jfisser li l-PN jifhem u japprezza lill-bniedem x’jixtieq jagħmel f’ħajtu. Wara li nifhmu dan kollu noħorġu bi proposta sabiex il-bniedem jimxi ‘l quddiem.

Huwa semma l-għaxar setturi ekonomiċi ġodda li Gvern ġdid Nazzjonalista se jġib lejn pajjiżna. Il-PN minn dejjem emmen li l-persuni jridu jgħixu aħjar u jkunu jistgħu jimxu ‘l quddiem. Dan jista’ jasal biss jekk wieħed ikollu serħan tal-moħħ.

Bernard Grech tkellem dwar il-problema tal-għoli tal-ħajja li l-Gvern mhux jagħti kasha, iżda fil-viżjoni tiegħu l-PN għandu proposti konkreti sabiex jitnaqqas dan il-piż minn fuq il-familji. Huwa għamel aċċenn għall-importanza li l-bniedem iħossu sigur meta jkun qed jimxi fit-toroq Maltain u huwa għalhekk li Gvern ġdid Nazzjonalista jrid jinvesti fit-toroq u fil-pjazez.

Il-Kap tal-PN qal li Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li l-Kunsilliera u l-Kunsilli Lokali, li Gverniijiet Nazzjonalisti dejjem emmen u investa fihom, se jkompli jinvesti fihom sabiex jibqgħu jmexxu u jieħdu ħsieb il-lokalitajiet Maltin u Għawdxin.

Bernard Grech qal li l-programm elettorali tal-PN huwa msawwar madwar 3 prinċipji – ħarisen tal-ambjent, rispett lejn l-obbligi soċjali u l-governanza tajba.

Huwa qal li waħda mill-proposti li qed iressaq il-PN hi li jekk persuna tagħmel żball għax ipparkjat ħażin u ħadet ċitazzjoni, se jkun hemm sistema diġitali fejn din iċ-ċitazzzjoni se tkun iffriżata għal sitt xhur u jekk ma tiħux ċitazzjoni oħra f’dan iż-żmien, din tiġi maħfura.

Bernard Grech qal li għandna nkunu kburin bil-programm elettroali li qed iressaq il-PN – viżjoni msejsa fuq diversi livelli. Dan sabiex pajjiżna jieħu l-isem li jixraqlu u flimkien nibnu komunitajiet fejn nieħdu ħsieb xulxin.