Lokali

Aktar reazzjonijiet pożittivi għall-proposti tal-PN

“Dawn l-10 setturi jistgħu jħallu valur miżjud u għalhekk aħna naqblu magħhom”

Dan hu dak li qalet il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs Abigail Agius Mamo fejn insistiet li ħafna negozji laqghu b’mod pożittiv il-proposti tal-PN – partit li lest li  jimbotta ‘l quddiem investimenti bbażati fuq Metavers, servizzi ta’ compliance u due dilligence, Manifattura avvanzata u speċjalizzata magħrufa wkoll bħala Robotika, it-3D Printing, Applikazzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-eSports, il-Produzzjoni ta’ video games, l-industrija tal-isport fl-aspett mediku u turistiku, it-tisħiħ tal-enerġija permezz tal-optimisation tal-użu tal-enerġija fil-kumpaniji, u l-ħolqien ta’ intraprizi soċjali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs qalet li l-punti li semma’ l-PN, jimxu id f’id ma’ numru ta’ ideat li huma wkoll qed jipproponu biex f’pajjiżna jiżdied l-investiment u anki x-xogħol.

Permezz tal-proposti tiegħi l-PN se jkun qed iħares li joħloq aktar setturi ġodda, jinħolqu aktar impjiegi u   jiġu salvagwardjati u msaħħa x-xogħlijiet eżistenti.