Is-seed numru tlieta Alexander Zverev tkeċċa mill-Open tal-Messiku wara li attakka lil Umpire fi tmiem partita tad-doubles f’Acapulco fil-Messiku. Zverev argumenta li Umpire influwenza l-partita b’deċiżjoni kontroversjali fil-punt deċiżiv tal-aħħar tie break. Huma tilfu l-partita bl-iskor ta’ 6-2 4-6 10-6.
Fi stqarrija l-ATP qalu li l-għaġir ta’ Zverev jmur kontra l-mod ta’ kif sportiv għandu jġib ruħu. Zverev laqgħat is-siġġu tal-Umpire, Alessandro Germani, kemm-il darba, bir-raquet filwaqt li għajjat kliem diżreġjattiv fil-konfront tal-istess Umpire.
//= $special ?>