Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, mietu żewġ persuni oħra kawża tal-Coronavirus; Raġel ta’ 72 sena u mara ta’ 90 sena. B’hekk it-total ta’ vittmi fil-gżejjer Maltin issa qabżu is-600.
Fl-istess perjodu ta’ 24 siegħa fiequ 96 persuna filwaqt li 79 persuna rriżultaw pożittiv għall-virus.
Intant bħalissa hemm 44 pazjent pożittiv għall-Covid rikoverat fl-isptar Mater Dei, bi tlieta minnhom qed jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva.
//= $special ?>