Lokali

Filmati li jikkonfermaw l-istat tal-ambjent taħt Abela

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa l-poplu Malti u Għawdxi sebaħ għall-ewwel jum tal-kampanja elettorali bil-Partit Laburista jwiegħed liċ-ċittadini  li se jelimina l-problemi fis-settur ambjentali; problemi li taħt it-tmexxija tiegħu amplifikaw b’mod sostanzjali fl-aħħar 9 snin.

Fost id-diversi wegħdiet li saru fl-ahhar 48 siegħa fil-qasam ambjentali ….li aktar minn nofshom huma wegħdiet mhux imwettqa u riċiklati minn manifesti elettorali ta’ snin preċedenti tal-Partit Laburista…Abela qed iwiegħed spazji miftuħa u ġonna pubbliċi biex il-familji Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jgawdu l-ambjent ta’ madwarna.

Madanakollu għal kuntrarju ta’ Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista, il-Partit ta’ Abela żgur li m’għandux kredibbiltà f’dan il-qasam. Dan hekk kif diversi ġonna madwar Malta u Għawdex jinsabu f’qagħda prekarja, u żdingar assolut.

Fi ġnien li ġie inawgurat fl-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista, bil-għan li l-familji fin-naħa tal-Kottonera verament igawdu minn ambjent san … sibna quddiem għajnejna xeni xejn sbieħ – b’ilma qiegħad u ħadid mormi fih, tkissir u wires tad-dawl mikxufin.

Robert Abela qed iwieghed illi hu jixtieq li uliedna jgawdu mill-ispazji miftuħa, iżda l-fatti qed juru mod ieħor. U fi Ġnien Kottoner f’Bormla, is-sitwazzjoni li wieħed isib hija waħda orribbli li tħallik mingħajr kliem.

L-art maqlugħa, konkos mikxuf, ħaxix ħażin u ħurrieq …b’messaġġ ċar illi jikkonferma l-inkompetenza ta’ dan il-Gvern.