Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech dalgħodu żar il-Kumpless Gozitano fix-Xewkija, fejn kellu l-opportunità jiltaqa’ ma’ sidien ta’ negozji kif ukoll diversi ħaddiema. Huma tkellmu miegħu dwar il-problema taż-żieda fil-prezz ta’ affarijiet bażiċi kif ukoll dwar il-prezzijiet li qed jgħolew fil-ġar tal-merkanzija.
Bernard Grech reġa’ fakkar fil-proposti li qed iressaq il-PN għal dan is-settur fosthom fond nazzjonali ta’ €40 miljun Ewro biex tingħata għajnuna lill-industrija tal-manifattura u l-SMEs sabiex jgħelbu l-problema ta’ spejjeż żejda.
Matul din iż-żjara, Bernard Grech kien akkumpanjat minn diversi kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali li se jikkontestaw fuq it-13-il distrett.
//= $special ?>