“Jiena qiegħed miegħek fil-lokalità tiegħek sabiex inkompli nwassal il-messaġġ tal-ġid li se nġibu lil dan il-pajjiż” – Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kompla jiltaqa’ ma’ aktar nies f’diversi lokalitajiet meta issa ninsabu lejn l-aħħar tat-tielet jum tal-kampanja elettorali li se twassal għal elezzjoni ġenerali fis-26 ta’ Marzu.
Waqt laqgħa sabiħa li Bernard Grech kellu fil-Kalkara u Santa Luċija, il-Kap tal-PN saħaq li jinsab kburi bix-xogħol kollu li sar biex jitfassal il-programm elettorali li se jniedi l-PN fis-sigħat li ġejjin hekk kif għada ser jitlaqqa’ il-Kunsill Ġenerali biex japprova dan id-dokument.
Il-Kap tal-PN spjega li l-programm elettorali se jinkludi viżjoni li permezz tagħha rridu ntejbu l-ambjent u s-saħħa tan-nies. Hu wassal messaġġ ta’ kurraġġ fejn saħaq li “flimkien biss nistgħu nġibu lura l-isem li jixraqlu pajjiżna biex il-poplu Malti u Għawdxi jimxi ‘l quddiem.
Id-diversi persuni li tkellmu ma’ Bernard Grech faħħru l-proposti li s’issa ħabbar il-PN għaliex qed jifhmu li Gvern ġdid tal-PN se jagħmel id-differenza fil-ħajja tagħhom b’mod partikolari fil-kwalità tal-ħajja u f’dak li għandu x’jaqsam flus fil-but grazzi għall-viżjoni fit-tul, li se ġġib f’pajjiżna investimenti kbar, fosthom b’setturi li jrendu għal tul ta’ snin. Bernard Grech minn naħa tiegħu fakkar kif fost il-proposti li diġa ħarġu hemm li “se nkunu qed nippremjaw il-bżulija u lkoll flimkien ser ikollna pajjiż aħjar.”
//= $special ?>