Ċifri maħruġa mill-NSO għax-xahar ta’ Jannar jikkonfermaw il-piż tal-għoli tal-ħajja qed ikompli jħalli impatt qawwi fost il-familji Maltin u Għawdxin. Fil-fatt, l-istatistika tal-NSO tindika li l-Indiċi tal-Prezzijiet għal Jannar żdied b’1.5 punti perċetwali meta mqabbel ma’ Diċembru tal-2021.

L-NSO stess ikkonferma li din hija tendenza li issa ilha għaddejja sa minn Frar li għadda, b’żidiet fil-prezzijiet xahar wara l-ieħor. Għalkemm f’Jannar, iż-żieda kienet waħda qawwija immens.
L-akbar żidiet kienu reġistrati fil-prezz tal-ikel u x-xorb,lukandi u ristoranti, trasport kif ukoll spejjes marbuta ma’ mad-dar, ilma, dawl u gas.

