Sport Sport Ieħor

L-atleti se jitħallew jipprotestaw dwar inġustizzji soċjali matul il-Logħob tal-Commowealth

L-atleti se jitħallew jipprotestaw dwar inġustizzji soċjali waqt il-Logħob tal-Commowealth li se jsiru f’Birmingham matul is-sajf li ġej. L-atleti li se jkunu qed jikkompetu fl-Ingilterra se jkunu jistgħu jipprotestaw favur l-ugwaljanza u favur id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+.

Minkejja dan ‘Rule 50′ tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali tistipula li ma jkunx hemm protesti u dimonstrazzjonijiet sabiex tkun issalvagwardjata in-newtralita’ tal-isport. Madanakollu, din l-istess regola ma kinitx infurzata matul l-Olimpjadi f’Tokjo, matul is-sajf li għadda. Il-Logħob tal-Commonwealth mistennija jsiru bejn it-28 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu.