Internazzjonali

L-Ukrajna tħejji għal attakk mir-Russi

Laqgħa bejn il-President Amerikan u dak Russu skedata għall-Ħamis issa tħassret.

Il-President Amerikan biddel fehtmu dwar din il-laqgħa wara dik li sejjaħ bħala invażjoni ċar tar-Russi f’art Ukrena.

Ir-Russi filfatt komplew jiskjaraw aktar truppi fl-Ukrajna – mossa meqjusa mill-pajjiżi tal-Punent bħala ksur sfaċċat tal-liġijiet internazzjonali.

Fl-isfond ta’ dan kollu, il-parlament Ukren ivvota biex iċ-ċivili jkunu jistgħu iġorru armi tan-nar. L-awtoritajiet qed jobbligaw lil dawk ta’ bejn it-18 u s-60 li xi darba kienu fl-armata biex jerġgħu jirreklutaw ruħhom, filwaqt li sejħu liċ-ċittadini Ukreni li jinsabu fir-Russja biex jirritornaw lura f’pajjiżhom.

Bi sfida ċara għal Biden, l-eks President Donald Trump ħareġ ifaħħar lil Putin u sejjaħlu ġenju. Dan meta l-mexxej Russu ddikjara parti kbira tal-Ukrajna bħala indipendenti.

Intant Papa Franġisku appella lill-mexxejja tal-pajjiżi biex jeżaminaw il-kuxejnza tagħhom quddiem Alla u jwaqqfu deċiżjonijiet li jistgħu jikkawżaw sofferenza lill-popli.