Tmiem il-ġimgħa li gej huwa ppakkjat b’attivitajiet imtella’ mill-Partit Nazzjonalista.
Is-Sibt li ġej huwa jum importanti ħafna għall-Partit Nazzjonalista hekk kif fid-Dar Ċentrali se tittella’ maratona ġbir ta’ fondi sabiex jinġabru flus li bihom il-Partit ikun jista’ jkompli jmexxi l-kampanja elettorali tiegħu bit-tema ‘Miegħek. Għal Malta’.
Din se tkun il-maratona ewlenija ta’ qabel l-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu.
Il-maratona tibda f’nofsinhar u tibqa’ għaddejja sal-11.00pm.
Tul il-maratona jkun hemm il-parteċipazzjoni ta’ kandidati u uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista ufis-6.00pm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jindirizza rally fix-Xagħra Għawdex.
Il-Ħadd imbagħad rally oħra din id-darba fi Triq Pietru Pawl Saydon, iż-Żurrieq. Ir-rally tibda fit-3.30pm – attività li tibda b’DJ u bil-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ kantanti, bil-qofol jintlaħaq bid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
//= $special ?>