Lokali Mużika

Mużika Mużika għal tmiem il-ġimgħa ta’ San Ġużepp

Il-festival Mużika Mużika li kellu jsir fl-aħħar weekend ta’ Marzu ġie pospost għas-17, 18 u 19 ta’ Marzu. Dan wara li Robert Abela sejjaħ elezzjoni għas-26 ta’ Marzu.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Festivals Malta ħabbru d-dati ġodda.

Il-Bord tal-festival qal li iktar dettalji ser jingħataw f’konferenza stampa li ser issir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar.