Lokali

Persuna tittajjar fi Triq il-Wied, B’Kara

Mara ta’ 31 sena, kellha tiġi rikoverata l-Isptar Mater Dei fl-aħħar ħin wara li ttajret f’ Birkirkara.

L-inċident seħħ fil-11.50am fil-parti ta’ Triq il-Wied li taqsam u Triq Mannarinu, Birkirkara.

Sa issa d-dettalji ta’ dan l-inċident għadhom mhux magħrufa madankollu l-persuna mtajra ttieħdet immedjatament l-i

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar, intlaqtet minn Kia Picanto li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 84 sena residenti Tas-Sliema. Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.