Jiena ħa nibqa’ hawn, nimmilita fil-Partit Laburista.
Hekk sostniet l-eks Segretarju Parlamentari u Kandidat għall-elezzjoni ġenerali Rosianne Cutajar, li kellha tirriżenja mill-Kabinett ta’ Abela minħabba l-involviment tagħha ma’ Yorgen Fenech wara li ma ddikjaratx dħul fid-dikjarazzjonijiet tal-assi u li rċeviet rigal ta’ €9,000 mingħand l-allegat kompliċi fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Matul intervista li saret lil Robert Abela f’Marsaskala, fejn tkellmu numru ta’ kelliema, Cutajar insistiet li rriżenjat mill-pożizzjoni tagħha minn jeddha u li għamlet dan mhux għax ħasset sens ta’ ħtija, iżda għax mara … u fi kliem sempliċi, uriet kemm Abela mhux kapaċi jiddeċiedi.
Rosianne Cutajar spiċċat saħansitra tgħid li hi kkandidat ruħha għal din l-elezzjoni b’wiċċha minn quddiem. Dan filwaqt li matul l-attività ma naqsux il-botti li juru l-qasma interna li hemm fil-preżent … bi Chris Fearne, ukoll Kandidat fuq l-istess distrett, tista’ tgħid kompletament injorat.
U min-naħa tagħha, il-Kandidat Katya DeGiovanni tat raġun u attakkat lil Joseph Muscat, li ħa l-art taż-Żonqor lill-Iskalin, filwaqt li saħqet li Abela jispikka aktar mill-mexxejja l-oħrajn.
//= $special ?>