Lokali

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara li skiddja u ħabat f’karozza

Raġel ta’ 47 sena mir-Rabat kellu jiġi rikoverat l-isptar Mater Dei wara li kellu inċident hu u jsuq il-mutur tiegħu.

Ir-raġel jidher li skiddja hu u riekeb il-mutur tat-tip Honda Transalp fi Triq Mikiel Anton Vassallo direzzjoni lejn San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.20am qrib l-iskate park li hemm fiz-zona.

Hekk kif skiddja, il-mutur laqat vettura oħra, Volkswagen Jetta, misjuqa minn mara ta’ 32 sena minn B’Kara.

Mal-impatt is-sewwieq tal-mutur sofra xi ġrieħu u kellu jiġi rikoverat l-isptar Mater Dei għall-kura, bil-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija qegħda tinvestiga il-każ.