Julia Farrugia Portelli, l-eks ġurnalista tal-One u eks Ministru tat-Turiżmu li tibqa’ mfakkra l–aktar għall-famużi mechanisms li għarrqu lit-turiżmu f’pajjiżna kompliet tibni fuq il-kampanja ta’ attakki sfrenati fuq il-Partit Nazzjonalista.
Ma’ kull ġurnata li tgħaddi, il-kandidati tal-Labour qed jispikkaw mhux għall-proposti li qed joħorġu bihom… imma għall-attakki sfrenati u bl-addoċċ li qed jiftħu fuq il-PN – konferma oħra tan-nuqqas ta’ ideat u proposti.
Farrugia Portelli imbagħad pruvat tiddefendi l-fatt li Robert Abela qed jaħrab dibattitu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara li Abela naqas li jaċċetta tal-anqas tliet stediniet għal dibattiti ma’ Bernard Grech f’dawn l-aħħar jumejn.
Fil-Mellieħa, l-eks ġurnalista tal-One ma lissnitx kelma waħda pożittiva fid-diskors tagħha u għamlet kwarta tattakka u tfajjar tgħajjir biss. Diskors bla viżjoni u bla proposti – diskors negattiv għall-aħħar u intiż biss biex iqanqal mibgħeda u firda.
//= $special ?>