Kompliet tiżdied id-domanda għall-għajnuna mingħand ALS Malta… fost dawn, it-talba ta’ persuni li għandhom bżonn superviżjoni għal ftit sigħat jew ġranet fin-nuqqas tal-qraba tagħhom… u kien għalhekk li tħabbar servizz ġdid.
Fl-aħħar xhur inħass il-bżonn li l-għaqda tibda tissejjaħ ALS Malta+ (plus) fid-dawl tal-fatt li mhumiex biss pazjenti bl-ALS li avviċinaw lill-għaqda, iżda anke pazjenti b’parkinsons u Huntington disease, fost mard ieħor newreloġiku… bl-għaqda ħabbret li qed jaħdmu biex tinfetaħ DAR Bjorn Respite bħala estenzjoni ta’ DAR Bjorn Żebbuġ biex jagħtu kenn u superviżjoni għal ftit ġranet.
Din l-estensjoni ser isservi sabiex aktar pazjenti joqgħodu f’ambjent san, mdawwar b’terapija u l-kura neċessarja.
Biex din il-ħolma ssir realtà, fil-25 ta’ Settembru se tkun qed issir maratona ġbir ta’ fondi, bil-pubbliku qed jintalab biex jgħin … sabiex finalment tinfetaħ din l-estensjoni, u jibda jingħata servizz ġdid.
Bħalissa…ALS Malta kura kontinwa iżda wkoll toffri servizzi ta’ fizjoterapija, kura psikoloġika, għajnuna ta’ tagħmir mediku u eletroniku lil 300 pazzjent ieħor f’Malta u Għawdex.
//= $special ?>