“Permezz ta’ dan il-Programm Elettorali se nkunu qed nagħtu tama lil dawk li qatgħu qalbhom minn pajjiżna, dan huwa pjan sħiħ b’viżjoni ta’ kif rridu nħarsu lejn l-ekonomija”.
Hekk stqarr il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN Mark Anthony Sammut meta fid-diskors tiegħu fil-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali straordinarju, kunsill li se jkun qed japprova l-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali.
Sammut stqarr li jeħtieġ li ndawwru r-rotta ekonomika ta’ pajjiżna minn waħda ta’ kwantità bbażata fuq in-numri, għal waħda ta’ kwalità li ttejjeb il-ħajja ta’ kull persuna f’pajjiżna. Il-President tal-Kunsill Ġenerali qal li fl-aħħar disa’ snin ta’ Gvern Laburista rajna skandlu kuljum filwaqt li ma rnexxielu joħloq l-ebda industrija ġdida għajr dik tal-bejgħ tal-passaporti. Hu kompla jispjegha kif il-Partit Nazzjonalista fil-passat irnexxielu joħloq numru ta’ setturi ekonomiċi ġodda u hekk se jkun qiegħed jagħmel jekk wara s-26 ta’ Marzu jkun fil-Gvern. Sammut semma kif Gvern Laburista kabbar id-dejn ta’ pajjiżna mhux biex joħloq industriji ġodda iżda biex jagħtihom lill-persons of trust.
Mark Anthony Sammut temm id-diskors tiegħu billi qal li l-Partit Nazzjonalista għandu l-kredenzjali biex jibdel ir-rotta ta’ pajjiżna, b’Bernard Grech bħala Prim Ministru ta’ pajjiżna, iż-żagħżagħ tagħna se jkunu jistgħu jittamaw u jaħdmu f’pajjiżna fejn jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.
//= $special ?>