Carla Scicluna kisbet post fil-Kampjonati Dinjija Indoor li se jsiru fis-Serbja x-xahar id-dieħel b’rebħa konvinċetni fl-isprint tas-60 metru fil-Kampjonati tax-Xitwa organizzati minn Athletics Malta. Scicluna rnexxielha tirbaħ din it-tellieqa b’ħin ta’ 7.06 sekondi, b’Luke Bezzina jirbaħ it-tellieqa tal-irġiel b’ħin ta’ 7.06 sekondi.
Matul dawn il-Kampjonati Nicolai Bonello waqqaf rekord nazzjonali ġdid b’qabża ta’ 4 metri 35 ċentimetru fil-Pole Vault. Peppina Dalli rnexxielha taqbeż distanza ta’ 3 metri u 60 ċentimetru biex rebħet dan l-avveniment fil-kategorija tan-nisa.
Bradley Mifsud u Luke Farrugia se jirrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonati Ewropej tat-Tfigħ, b’Mifsud jitfa’ distanza ta’ 51 metru u 50 ċentimetru fid-discus filwaqt li Farrugia tefa’ distanza 49 metru u 60 ċentimetru.
Janet Richard, ta’ Pembroke AC ukoll, rebħet it-300m bl-aqwa ħin tagħha ta’ 39.24s bl-atleti U18 u U16 Kay Testa (Pembroke AC) u Thea Parnis Coleiro (Rush) jiksbu riżultat rispettabbli minkejja d-differenza fl-età. Fost l-irġiel, rebħa għal Matthew Galea Soler (La Salle) b’ħin b’saħħu ta’ 35.32s.
Jean Paul Debono rebaħ l-1000m irġiel f’2:34.11,personal best għalih, filwaqt li fost in-nisa, l-atleta Mireya Bugeja, li għadha fil-kategorija tal-Under 16, rebħet f’ħin ta’ 3:04.20 u waqqfet rekord ġdid għall-kategorija tagħha.
Dillon Cassar (Mellieħa AC) kompla jiddomina x-xena fuq l-itwal distanzi, b’rebħa fil-5000m f’ħin ta’ 14:52.46, quddiem Gabriel Farrugia. Roberta Schembri ħadet l-unur tal-iktar mara veloċi fl-itwal distanza fil-Pellikola, b’PB ta’ 17:34.85 fuq 5000m.
Jeremy Zammit (7.42m) u Claire Azzopardi (5.75m) rebħu l-unuri fil-long jump.
//= $special ?>