Ewropa Internazzjonali

LIVE: Il-Punent magħqud kontra Putin

Net News se jwassal aġġornamenti DIRETTI dwar dak li qed iseħħ fil-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna

2059h – Il-Gvern Ukren jiddikjara li fl-ewwel ġurnata tal-kunflitt mietu madwar 57 Ukren, b’169 oħra feruti

2057h – In-numru ta’ Russi arrestati talli protestaw kontra l-gwerra fl-Ukrajna issa telgħu għal aktar minn 700

2047h – 10 Downing street tixgħal bil-kuluri tal-Ukrajna

2035h – L-Istati Uniti timponi sanzjonijiet fuq 24 ċittadin li ġejjin Belarus b’rabta mal-attakk li beda llum fuq l-Ukrajna

2034h – 7000 suldat Amerikan fil-proċess li jiġu trasferiti lejn il-Ġermanja

2021h – Jkomplu jaslu l-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej fil-Kunsill Ewropew

2015h – Joe Biden jiddikjara li aktar truppi Amerikani se jintbagħtu fil-Ġermanja

2011h – Esperti militari jgħidu li l-armata Russa qerdet l-armi kollha tal-ajru li kellha l-Ukrajna. Dan jfisser li r-Russja issa għanda kontroll assolut tal-ajru

2008h – Diversi esperti jinsabu mħassba ferm għaliex il-President tal-Istati Uniti Joe Biden mhuwiex qed jimponi sanzjonijiet fuq id-despota Vladimir Putin

2000h – Joe Biden ma jirrispondiex meta mistoqsi għala l-Istati Uniti mhiex se timponi sanzjonijiet fuq Vladimir Putin nnifsu

1957h – L-Istati Uniti timxi fuq il-passi tar-Renju Unit u tpoġġi sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja bl-għan li tattakka kemm l-aspett finanzjarju u ekonomiku tar-Russja

1954h – Joe Biden stqarr li jifhem li s-sitwazzjoni ekonomika madwar id-dinja mhiex waħda komda, madankollu stqarr li l-Istati Uniti qadt ma ċediet għal-bullying, u mhiex se tibda issa

1950h – Joe Biden jikkonferma li l-Istati Uniti lesta li tintervjeni jekk ir-Russja tmiss pajjiż wieħed minn NATO

1948h – Joe Biden jagħmel referenza għal fatt li s-Stock Market tar-Russja krolla wara li bdiet l-invażjoni fir-Russja

1946h – Joe Biden jiddikjara li l-Istati Uniti se timponi sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja

1943h – Konferenza minn Joe Biden rigward is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

1924h – L-Unjoni Ewropea fil-ħinijiet li ġejjin se tlaqqa l-Kunsill Ewropew u l-Mexxejja Ewropej

1920h – Jaslu l-ewwel refuġjati Ukreni fil-Polonja

1907h – Il-Banek Russi f’paniku assolut hekk kif tħabbru s-sanzjonijiet tar-Renju Unit

1905h – Iċ-ċittadini Ukreni jippjanaw biex jqattaw il-lejl fil-metros tal-Ukrajna

1900h – Il-Gvern Russu jiddikjara li l-ewwel ġurnata ta’ nvażjoni Russa kien “ta’ suċċess”

1852h – Il-Gvern Ukren jiddikjara li l-militar Russu kiseb il-kontroll ta’ Chernobyl, pass ieħor lejn Kiev

1850h – L-Eks Ministru Skoċċiż Alex Salmond jissospendi l-programm televiżiv ‘Russia today’ b’mod indefinittiv

1849h – Rapporti mill-Ukrajna qiegħdin jgħidu li hemm ħafna splużjonijiet minn bombi fix-Xlokk tal-Ukrajna

1845h – Diversi ċittadini Russi jinsabu priġunieri f’pajjiżhom stess, hekk kif il-Gvern Russu qiegħed jarresta lill-kull min jitkellem kontra l-gwerra fl-Ukrajna. Dan filwaqt li kull min qed jiġi arrestat qiegħed aktar tard jirċievi messaġġ li tilef l-impieg tiegħu ma’ diversi kumanijji Russi

1843h – Il-Gvern tar-Renju Unit lest li jakkomoda lill-Gvern tal-Ukrajna fil każ li l-Gvern Ukren jiġi eżiljat wara li taqa’ Kiev

1841h – Il-Prim Ministru tal-Ukrajna ddikjara li r-Renju Unit se jkomplu jipprovdi armi militari lill-Ukrajna

1837h – Il-Pulizija Russa tkompli tarresta liċ-ċittadini tagħha stess b’aktar minn 650 persuna arrestati wara li pprotestaw kontra l-gwerra fl-Ukrajna

1820h – Boris Johnson temm biex jgħid li r-Renju Unit se jimponi s-sanzjonijiet kemm fuq ir-Russja, kif ukoll fuq Belarus bħala parteċipant ugwali f’din l-invażjoni

1815h – Il-Gvern Russu jiddikjara li l-linja tal-ajru Aeroflot mhux ħa tibqa topera lejn ir-Renju Unit

1810h – Boris Johnson jikkonferma li r-Renju Unit se jimponi dawn is-sanzjonijiet fuq ir-Russja:

  • Friżar tal-assi taċ-ċittadini Russi
  • Friżar tal-Banek Russi
  • L-ebda kumpanija Russa mhux se titħalla tinnegozja fir-Renju Unit
  • Kull persuna li kellha x’taqsam ma’ din l-invażjoni se jkolla sanzjonijiet imponuti fuqha
  • Kull kumpanija brittanika tal-ajru mhux se titħalla toffri vjaġġi lejn ir-Russja
  • L-iffriżar ta’ Visas lejn ċittadini Russi
  • It-twaqqif tal-merkanzija ta’ kull oġġett li jista jintuża biex jinbnew aktar armi mir-Russja
  • L-introduzzjoni ta’ sett ta’ liġijiet bil-possibilta li titieħed azzjoni kontra dawk ir-Russi li qiegħdin jippruvaw jitrasferu l-assi tagħhom lejn ir-Renju Unit

1809h – Boris Johnson – “Jekk hemm bżonn ser nelliminaw mir-Russja mill-ekonimija globali biċċa, biċċa”

1807h – Il-Prim Ministru Boris Johnson jħabbar sanzjonijiet kbar kontra r-Russja u l-Belarus

1804h – Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson jitkellem fil-House of Commons, rigward l-gwerra fl-Ukrajna. Boris Johnson jgħid li r-Renju Unit se jieqaf assolutament jixtri l-enerġija mir-Russja

1756h – Ir-Renju Unit iddikjara li aktar tard illejla fis-7.30pm, il-Gvern Brittaniku se jkun qiegħed jagħmel meeting tal-COBRA biex jevalwa s-sitwazjoni militari fl-Ukrajna, filwaqt li jiffurmaw pjanijiet għas-sigurta tar-Renju Unit

1754h – Il-Pulizija Russa tarresta aktar minn 100 persuna li pparteċipaw fi protesti f’Moska kontra l-gwerra fl-Ukrajna

1740h – Il-President Russu Vladimir Putin jiddikjara li “ma kellux għażla oħra”

1737h – Il-Gvern Ukren jiddikjara li l-platoon Russu (74th Motor Rifles Brigade) ċeda kompletament għal armata Ukrena b’mdawar 100 suldat jinqabdu bħala priġunieri

1736h – Il-Gvern Russu stqarr li tliet min-nies mietu waqt splużjoni fir-reġjun ta’ Belgorod

1735h – Diversi sorsi qiegħdin jgħidu li l-armata Russa għandha fil-pusses tagħha lista bl-isem ‘Capture or Kill’. Din il-lista f’idejn l-armata Russa tagħti lill armata l-ordni biex jew tarresta jew toqtol lill-individwi li tiltaqa magħhom

1733h – Il-Gvern Ukren jiddikjara li matul dan il-kunflitt ġew sparati aktar minn 200 missila ta’ tipi varji mir-Russja fuq l-Ukrajna

1731h – Mijiet ta’ nies jkomplu jipprotestaw f’Moska, bil-pulizija tkompli tarresta aktar individwi li jitkellmu kontra l-gwerra fl-Ukrajna.

1728h – Diversi esperti qiegħdin jbassru li l-Istati Uniti se timponi sanzjonijiet fuq il-banek Russi, bl-għan jikrollaw l-ekonomija Russa

1721h – Il-Gvern Tork jirraporta li l-armata Russa laqtet vapur Tork bl-isem ‘YASA JUPITER’ fil-baħar l-iswed. Il-vapur kien qiegħed jagħmel il-vjaġġ minn Odessa għar-Rumanija. Il-vapur iddikjara li ma sofrew l-ebda mwiet

1717h – Il-Ministru għad-Difiża tal-Ukrajna stqarr li konvoy partikulari Russu fil-Belarus beda javvanza lejn Kiev. Il-Gvern tal-Ukrajna stqarr li s’issa intilfu ħafna ħajjiet fuq iż-żewġ naħat

1715h – L-aktar battalja kiefra tal-ġurnata hi f’Kharkiv fejn hemm l-aktar reżistenza mill-armata tal-Ukrajna

1714h – Il-G7 titlob lir-Russja biex twaqqaf l-avvanz militari tagħha u ma tkompliex tkun fuq in-naħa ħażina tal-istorja

1708h – Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy jiddikjara li l-Ukrajna qiegħda tara t-twelid ta’ purtiera tal-ħadid oħra, hekk kif l-avvanzi militari Russi qiegħdin jsibuha diffiċli biex jkomplu l-avvanz tagħhom fl-Ukrajna

1657h – Il-Gvern Ukren jitlob lil pajjiżi tal-Punent biex jagħmlu dawn sanzjonijiet fuq ir-Russja:

  • L-ebda xiri ta’ kwalunkwe tip ta’ enerġija mir-Russja
  • L-ebda investiment barrani lejn ir-Russja miċ-ċittadini tal-Punent
  • L-ebda kummerċ bejn ir-Russja u l-pajjiżi tal-Punent
  • L-ebda kummerċ mal-Bank Ċentrali Russu, banek Russi jew banek privati
  • L-ebda kummerċ bil-munita ‘Ruble’
  • L-ebda xiri ta’ Bonds Russi u ebda investiment mal-Gvern Russu
  • It-tkeċċijja tar-Russja mis-sistema SWIFT
  • L-eżiljar tas-sistema Russa mis-sistema tal-Visa u l-Mastercard
  • L-iffriżar tal-assi Russi fil-banek tal-Punent
  • Sanzjonijiet fuq kull persuna li kellu x’jaqsmu ma’ dan l-attakk fuq l-Ukrajna

1655h – Kelliema mill-Unjoni ewropea qiegħdin jirrapurtaw li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin rigward it-tip ta’ sanzjonijiet li se jittieħdu kontra r-Russja, b’diversi pajjiżi jinsabu maqsumin rigward it-tip ta’ sanzjonijiet

1653h – L-Istock Markets tad-dinja qiegħdin jirrapurtaw li diversi kumpaniji Russi tilfu numru sostanzjali ta’ investimenti

1649h – Diversi sorsi qiegħdin jgħidu li s-sanzjonijiet li jmiss fuq ir-Russja se jiffukaw biex jwaqqfu liċ-ċittadini Russi milli jaċċessaw flushom minn banek internazzjonali. Madankollu l-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson għad jrid jgħid il-miżuri li se jittieħdu kontra r-Russja

1644h – L-Istati Uniti tikkummenta li s’issa l-armata Russa għada ma bdietx tavvanza mill-Lvant tal-Ukrajna, bl-Istati Uniti tisħaq li s’issa l-avvanz Russu qiegħed jseħħ biss mit-Tramuntana tal-Ukrajna

1643h – L-organizzazzjoni li qiegħda tieħu ħsieb lill-Auschwitz ddikjarat li din hija ġurnata kerha għad-dinja kollha, filwaqt li rreferiet għal atti Russi bħala xejn anqas minn barbariżmu

1642h – Il-Gvern Ukren jiddikjara li jinsab iddispjeċut ferm bit-tradiment min-naħa tal-Belarus li ħalliet l-armata Russa tuża l-artijiet tagħha bħala fruntiera oħra biex jattakkaw lill-Ukrajna

1640h – It-Twitter Russu bi trend gdida #notowar b’diversi ċittadini Russi jkomplu jwasslu l-messaġġ li huma kontra l-gwerra fl-Ukrajna

1625h – Dikjarazzjoni oħra mir-Renju Unit tgħid li l-armata Ukrena qed iżżomm b’saħħitha u saħansitra qed tagħmel ħsara kbira fuq l-armata Russa

1625h – Tibda l-laqgħa tal-G7

1620h – Diversi sorsi qiegħdin jgħidu li f’diversi reġjuni madwar l-Ukrajna, l-avvanzi tal-militar Russu naqas biċ-ċittadini Ukreni jagħmlu reżistenza kemm bl-armi mogħtija mill-Gvern Ukren, kif ukoll b’armi mhux professjonali. Il-Gvern Ukren saħansitra qed jirraporta li l-armata Ukrena qerdet aktar tankijiet tal-gwerra tar-Russja

1610h – Is-sindku ta’ Kiev jpoġġi curfew fuq il-belt kollha minħabba l-invażjoni Russa

1606h – Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy jiddikjara li l-armata Russa issa qiegħda tipprova tokkuppa Chernobyl. Il-President kompla biex jgħid li issa bdiet il-battalja għal impjant tal-enerġija li jinsab f’Pripyat. Dan filwaqt li Zelenskyy kompla biex jfaħħar lit-truppi li qiegħdin jippruvaw jwaqqfu traċedja oħra bħal tal-1986

1601h – Id-WHO tiddikjara li s-sitwazzjoni fl-Ukrajna tista twassal għal kriżi umanitarja

1600h – Tibda l-battalja għal ajruport li jinsab fil-periferija ta’ Kiev

1554h – Il-Gvern tal-Ukrajna jgħid li parti mir-reġjun ta’ Kherson ma għadux taħdt il-kontroll tal-armata Ukrena

1553h – Moska tavża lin-nies tagħha biex jieqfu jitkellmu kontra l-gwerra u jieqfu jipprotestaw u jippostjaw kummenti kontra l-gwerra f’Moska. Diversi rapporti minn Moska qiegħdin jgħidu li l-pulizija ma’ tistax tlaħħaq man-numru sostanzjali ta’ każijiet u rapporti miftuħa mill-Gvern Russu biex jinvestigaw lit-‘tradituri’ li qiegħdin jitkellmu kontra l-gwerra fl-Ukrajna

1539h – Ir-Russja tkompli tiddistabbilizza ruħha hekk kif aktar kemm jgħaddi l-ħin aktar qiegħed jiżdied il-kritika tal-gvern Russu minn diversi persun prominenti fir-Russja infsiha

1538h – 4 persuni oħra ddikjarati mejta waqt il-kunflitt fl-Ukrajna fir-reġjun ta’ Donetsk. Dan wara li ġie attakkat sptar f’dan ir-reġjun

1515h – Il-Gvern Russu stqarr li se tirrispondi għas-sanzzjonijiet mill-Punent bl-istess mod u li r-Russja lesta li twaqqaf il-kummerċ mall-Punent

1512h – Filwaqt li għaddej assedju fuq l-Ukrajna mill-militar Russu, il-pulizija Russa għaddejja b’assedju ieħor fuq dawk ir-Russi li jitkellmu kontra l-gwerra fl-Ukrajna

1510h – Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Borsi Johnson iddikjara lill-Vladimir Putin bħala dittatur u despota, b’Boris jkompli biex jgħid li l-Punent ser tuża aktar sanzjonijiet ħorox fuq ir-Russja kollha

1505h – Fil-ħinijiet li ġejjin qiegħdin jipjannaw li jitlaqqgħu l-membri kollha tal-G7 li jinkludu l-Istati Unit, ir-Renju Unit, il-Kanda, Franza, l-Ġermanja, l-Italja, l-Ġappun u l-Unjoni Ewropea

1504h – Rapporti mill-Ukrajna jgħidu li qiegħdin jinstemgħu diversi splużjonijiet ġejjin mill-power station fi Trypilska, 40 kilomettru il-bogħod minn Kiev

1501h – Diversi airlines internazzjonali qiegħdin javżaw biex l-ajruplani kummerċjali joqodu attenti meta jkunu qiegħdin jtiru lejn Moska

1459h – Il-Ministru tas-Sigurta għar-Russja stqarr li s’issa nqerrdu 74-il faċilita militari fl-Ukrajna

1451h – Il-Gvern Russu jiddikjara li Vladimir Putin jiddeċiedi meta dan il-kunflitt se jispiċċa

1450h – Il-Gvern Ukren jgħid li waqt id-diversi kunflitti fl-Ukrajna nqabdu diversi suldati Russi

1446h – l-Ukrajna tiddikjara li ġew sparati 4 missili ballistiċi mill-Belarus fuq l-Ukrajna

1444h – Il-President ta’ Franza Emanuel Macron jisħaq li Franza lesta biex tirrispondi b’forza assoluta kontra r-Russja

1438h – Jaqgħu il-bombi fuq il-kunsill lokali ta’ Mariupol fix-Xlokk tal-Ukrajna

1437h – L-eks champion tal-Boxing Wladimir Kiltschko, li jiġi hu s-sindku ta’ Kiev, għamel talba globali biex il-pajjiżi tad-dinja jgħinu lill-Ukrajna

1427h – Il-pulizija Ukrena tiddikjara li s’issa seħħew madwar 203-il attakk fuq l-Ukrajna mill-armata Russa mill-bidu ta’ din il-gwerra

1419h – L-Unjoni Ewropea tiddikjara li se jitwaqqfu l-għoti tal-visas kollha liċ-ċittadini Russi

1418h – NATO tiddikjara li attivat il-miżuri tas-sigurta

1417h – L-armata Russa twaqqa’ ajruplan Ukren fir-reġjun ta’ Kiev

1414h – Il-munita tar-Russja ir-Ruble kompliet taqa’ fil-valur, bil-banek internazzjonali jirrapurtaw li r-Ruble issa niżlet bi 30%, bil-banek jkomplu biex jgħidu li r-Ruble se tkompli tonqos hekk kif aktar sanzjonijiet huma preparati madwar id-dinja kollha

1412h – Aktar protesti fl-bliet tar-Russja jkomplu jintemmu b’diversi persuni arrestati mill-pulizija Russa

1359h – Il-Parlament tal-Litwanja jtemm id-diskussjonijiet u jiddeċiedi li jiddikjara stat ta’ emerġenza

1354h – L-Unjoni Ewropea tipprepara biex tibda tirċievi r-refuġjati mill-Ukrajna

1352h – Kelliem ewlieni għal-Kremlin stqarr li l-għan ewlieni ta’ din l-offensiva Russa hi biex l-Ukrajna ssir stat soverign u demilitarizzat li jieħu rwol ta’ ‘Buffer zone’ bejn il-pajjiżi tan-NATO u r-Russja

1349h – L-Preżident tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen saħqet li l-Gvern Russu qiegħed jipprova jaqsam lil-Unjoni Ewropea, madankollu Von Der Leyen saħqet li l-Unjoni Ewropea se tingħaqad biex iżżomm lir-Russja u speċifikament lill-Gvern Russu responsabli għal din il-gwerra

1344h – Il-Kelliem ewlieni għall-Kremlin stqarr li bil-kontra tal-gwerra l-bierda din id-darba r-Russja mhiex se tiġi eżiljata wara purtiera oħra tal-ħadid

1343h – Waqt konferenza tal-istampa Emanuel Macron stqarr li l-liberta tal-Ukrajna hija l-liberta taċ-ċittadini Ewropej kollha

1328h – Kju twil ta’ Ukreni jistennew barra l-Isptar ta’ Kharkiv, lesti biex jagħtu d-demm għal dawk li qiegħdin jiddefendu lill-pajjiżhom

1324h – Il-Gvern tal-Ukrajna uffiċjalment jiddikjara li l-armata Ukrena qerdet 4 tankijiet tal-gwerra tar-Russja, filwaqt li nqatlu madwar 50 suldat Russu waqt il-ġlieda għal Kharkiv

1322h – Il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban jofri eżilju liċ-ċittadini Ukreni

1310h – Alexey Navalny l-akbar kritiku tal-President tar-Russja Vladimir Putin fir-Russja jitkellem kontra l-gwerra fl-Ukrajna u l-invażjoni tar-Russja – “Jiena kontra din il gwerra li qiegħda tfarrak l-ekonomija tar-Russja u tiddevja l-attenzjoni tal-pubbliku mill-problemi li qiegħed jiffaċja l-pajjiż”

1308h – Il-Gvern Malti jiddikjara li m’hemm l-ebda ċittadin Malti bħalissa fl-Ukrajna

1300h – Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Borsi Johnson stqarr li s-solidarjeta se tkompli bejn l-Ukrajna u r-Renju Unit. B’Boris Johnson jkompli biex jgħid li l-Gvern Brittaniku se jimponi sanzjonijiet kemm fuq l-ekonomija tar-Russja, kif ukoll fuq is-sorsi tal-enerġija li ġejjin mir-Russja

1255h – Il-Gvern Russu joħroġ dikjarazzjoni fuq il-mod kif l-midja tar-Russja tista tirraporta l-kunflitt fl-Ukrajna. Diversi sorsi qiegħdin jgħidu li r-regolatur tal-midja Russa, Roskomnadzor avża lill-midja tar-Russja biex tippublika dak biss li jgħid il-Gvern Russu

1250h – Ħelikopter Russu jattakka ajruport militari tal-Ukrajna f’Gostomel, ħdejn il-kapitali ta’ Kiev.

1248h – Il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan jiddenunzja lir-Russja u speċjalment lill-Vladimir Putin bħala theddida assoluta lejn il-paċi globali

1240h – Il-Ministru għall-affarijiet barranin tal-Ukrajna Dmytro Kuleba stqarr fuq il-midja soċjali li r-Russja qed tmexxi gwerra totali fuq l-Ukrajna. Dan filwaqt li stqarr li ħutu l-Ukreni jinsabu lesti li ma jċedux metru ta’ art mingħajr reżistenza

1225h – NATO tikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja bħala ksur tal-liġi internazzjonali. Dan filwaqt li wissiet lir-Russja li attakk wieħed fuq membru tan-NATO se jkun meqjus bħala attakk kollettiv fuq NATO kollha. NATO kompliet biex tgħid li kull pajjiż fin-NATO jinsab taħdt allert assolut, filwaqt diversi ajruplani, vapuri u suldati jinsabu taħdt allert u lesti biex javvanzaw f’każ li din il-gwerra tkompli tigrava

1223h – Il-Gvern Russu jiddikjara li “Nippretendu li kull Russu jagħti l-appoġġ tiegħu għal gwerra fl-Ukrajna”

1221h – 4 jets Russi jitwaqqaw mill-armata tal-Ukrajna filwaqt li diversi tankijiet tal-gwerra meqruda mir-reżistena Ukrena

1217h – 18-il persuna oħra jinqatlu f’Odessa wara attakk minn diversi missili Russi, b’6 oħra jinqatlu fil-villaġġ ta’ Bovary ħdejn il-belt ta’ Kyiv

1213h – L-Isptarijiet fil-Polonja jippreparaw biex jgħinu liċ-ċittadini tal-Ukrajna

1210h – Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy jitlob għall-għajnuna mill-Emirates tal-Qatar fuq telefonata ma’ Sheikh Tamim

1205h – NATO tibgħat messaġġ lill-pajjiżi fil-Lvant tal-Ewropa biex

1200h – Ir-Renju Unit issejjaħ lid-diplomatiċi Russi sabiex tavżhom li ġejjin sanzjonijiet kbar fuq ir-Russja kollha

1157h – In-NATO tirrispondi għall-gwerra fl-Ukrajna. Dan hekk kif in-NATO bdiet timmobilizza t-truppi tagħha fil-Lvant tal-Ewropa mill-baħar, l-ajru u l-art

1146h – Denis Pushilin, il-mexxej tar-Republika tad-Donetsk fl-Ukrajna stqarr li se jitwaqqfu l-evakwazzjonijiet taċ-ċittadini Ukreni lejn r-Russja

1144h – Il-President tar-Russja Vladimir Putin jitlob biex l-Ukrajna iċċedi ħalli jiġu evitati l-imwiet aktar imwiet

1143h – Ir-reġina tar-Renju Unit tissospendi kull attivita rjali bl-għan li tiffoka fuq il-konflitt fl-Ukrajna

1135h – Is-Sindku ta’ Mariupol jiddikjara li nqatlu tliet ċittadini mill-armata Russa, filwaqt li hemm sitta oħra mweġġa waqt dan il-kunflitt

1131h – Il-Gvern Ukren jibda jagħti l-armi lill-kull persuna li lesta tiddefendi lill-pajjiż mir-Russja

1130h – Tifel jinsab mejjet wara li ġie bbumbardjat appartament fir-reġjun ta’ Kharkiv, fl-Ukrajna

1125h – Il-Gvern Ukren jiddikjara li s’issa mietu madwar 40 Ukren waqt l-avvanzi mill-militar Russu

1116h – L-Istati Uniti tiddikjara li tinsab ferm inkwetata li r-Russja tista tuża lil-Malta bħala bażi navali biex tikkontrolla l-Mediterran

1117h – L-allejat ta’ Putin fil-Parlament Russu stqarr li l-uniku mod kif se tieqaf din il-gwerra hi jekk il-Gvern Ukren kompletament jiddemilitarizza

1114h – Jinstemgħu l-ewwel splużjonijiet fuq l-għatba tal-belt tal-Ukrajna, Kiev

1101h Il-President tar-Russja Vladimir Putin jiddikjara li min se jipprova jkisser lir-Russja se jispiċċa jitgħammed bin-nar

1049h – In-NATO twissi lill-Vladimir Putin li jekk dan l-attakk jkompli, n-NATO se tibda tqiegħed it-truppi fil-Lvant tal-Ewropa

1101h – Il-President tar-Russja Vladimir Putin jiddikjara li min se jipprova jkisser lir-Russja se jispiċċa jitgħammed bin-nar

1049h – In-NATO twissi lill-Vladimir Putin li jekk dan l-attakk jkompli, n-NATO se tibda tqiegħed it-truppi fil-Lvant tal-Ewropa

1039h – L-Unjoni Ewropea tiddikjara li se tagħmel minn kollox biex tkisser l-ekonomija tar-Russja u tikkonfiska assi Russi

1030h – L-Istati Uniti tippjana biex teżilja kompletament lir-Russja mill-ekonomija internazzjonali

1011h – L-Ukrajna tissospendi titjirjiet kummerċjali mill-Ukrajna

1008h – L-Ukrajna twaqqaf kull relazzjoni diplomatika mar-Russja

1003h – Rapporti jindikaw li l-forzi Ukreni wettqu attakk li fih inqatlu madwar 50 suldat mill-forzi Russi

1001h – Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson jiddikjara li aktar tard dagħlodu l-Gvern Brittaniku se jagħmel press conference rigward il-Gwerra fl-Ukrajna

0945h – Il-President tar-Russja Vladimir Putin jiddikjara li bdew l-operazzjonijiet militari fl-Ukrajna

0915h – Il-Parlament tal-Litwanja qiegħed jikkunsidra jiddikjara stat ta’ emerġenza minħabba l-azzjonijiet tar-Russja fuq l-Ukrajna

0845h – Il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko jiddikjara li l-armata tal-Belarus mhiex qiegħda tipparteċipa fl-attakk fuq l-Ukrajna

0841h – L-Ukrajna titlob lit-Turkija biex tiblokka l-Bosphorus u d-Dardanelles ħalli jibdew immedjatament is-sanzjonijiet fuq il-Gvern Russu

0832h – L-Oppożizzjoni kontra l-Gvern Russu fir-Russja titlob biex jitwaqqaf l-attakk fuq l-Ukrajna, bl-oppożizzjoni tipprepara biex issejjaħ protesti kontra l-gwerra fl-Ukrajna

0752h – L-Unjoni Ewropea timponi l-aktar sanzjonijiet ħorox li qatt imponiet fuq

0700h – Il-media internazzjonali tippubblika ritratti tal-ħsarat li ħallew il-missili Russi

0635h – Il-Gvern Ukren jiddikjara li nstemgħu splużjonijiet minn Kramatorsk

0622h – Ir-Russja tattakka l-ajruporti tal-Ukrajna

0607h – Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy jiddikjara liġi marzjali fl-Ukrajna

0525h – Ir-Russja tibda l-attakk fuq l-Ukrajna ‘b’armi preċiżi’ fuq faċilitajiet militari tal-armara Ukrena

0507h – Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen tikkundanna l-azzjonijiet tal-militar Russu

0501h – Il-Presdient tal-Istati Uniti Joe Biden jikkomunika mal-President tal-Ukrajna rigward l-attakk fl-Ukrajna

0450h – Ħafna familji jibdew jaħarbu mill-kapitali Ukrena

0358h – L-Ukrajna titlob lin-Nazzjonijiet Uniti biex tagħmel minn kollox biex twaqqaf il-gwerra fl-Ukrajna

0335h – Biden jiddenunzja l-azzjonijiet tal-President tar-Russja Vladimir Putin bħala “Attakk mhux iġġustifikat”

0330h – Rappurtati l-ewwel splużjonijiet