Colin Schembri
Caffè Moak Luxol 68
ARMS Depiro 55
(19-11)(18-14)(18-19)(13-11)
Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace, S. Pace 14, M. Mercieca 4, F. Camilleri, H. Galea, P. Marcal 19, A. Borg 3, P. Ellul 6, M. Camilleri, J. Diaby 22.
ARMS Depiro: C. Fenech, M. Caruana, Ni. Agius 19, J. Xerri, J. Mallia, L. Duncan 15, No. Agius, Ciantar 6, N. Ebejer, N. Borg 9, D. Galea 6, A. Mallia, E. Cassar.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi.
L-ewwel partita tas-semifinali tat-tazza Louis Borg rat lil Caffè Moak Luxol jiftħu vantaġġ ta’ 13 –il punt fuq ARMS Depiro hekk kif ħarġu rebbieħa 68-55. Depiro batew taħt il-boards speċjalment bin-nuqqas tal-Amerikana Hannah Johnson ikompli jinħass. Luxol kellhom bidu qawwi fejn għamlu l-ewwel 15 –il punt tal-partita fejn il-Brażiljana Palmira Marcal kellha żewġ trippli flimkien m’oħra ta’ Antoinette Borg u l-punti ta’ Josephine Diaby u Sarah Pace. Depiro bdew jirrispondu fejn kisbu l-ewwel basket minn Leanne Duncan u komplew fost l-oħrajn bi trippla ta’ Neve Borg għal skor ta’ 19-11. Fit-tieni taqsima, Borg bdiet b’basket ieħor għal Depiro fil-waqt li għal ħin twil iddefendiet lil Marcal. Wara 4 punti ta’ Luxol, kienet mill-ġdid Borg li wieġbet bi trippla għal Depiro. Hawn Luxol kellhom run oħra ta’ 8-0 qabel ma Depiro kellhom żewġ three pointers minn Nicole Agius u basket ta’ Danika Galea. Sal-intervall, Luxol kellhom il-punti minn Diaby u Paula Ellul biex daħlu jistrieħu 37-25 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni Depiro komplew jitħabtu u waslu sa’ sitt punti ‘l bogħod wara trippli minn Agius u Duncan. Luxol irkupraw bil-punti ta’ Ellul u Diaby u trippla ta’ Marcal biex sa’ tmiem il-perjodu reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 55-44. Fl-aħħar taqsima, kien hemm il-punti ta’ Diaby u Mandi Mercieca għal Luxol qabel ma Galea u Claire Ciantar wieġbu għal Depiro. Trippla fuq kull naħa ħallew il-vantaġġ ta’ Luxol b’figuri doppji u huma ħarġu rebbieħa 68-55.
ARMS Depiro 35
Caffè Moak Luxol 60
(8-14)(9-14)(9-22)(9-10)
ARMS Depiro: M. Caruana 9, Ni. Agius 2, J. Xerri 4, J. Mallia, L. Duncan 6, No. Agius, C. Ciantar 14, N. Ebejer, N. Borg, D. Galea, C. Fenech.
Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace 6, V. Selvaggi, S. Pace 8, M. Mercieca 2, F. Camilleri, H. Galea, P. Marcal 5, A. Borg, P. Ellul 8, M. Camilleri, J. Diaby 31.
Referees: Daniela Torok, Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic
Luxol kisbu wkoll rebħa fit-tieni partita, din id-darba b’disktakk akbar biex għaddew għall-finali b’aggregate skor ta’ 128-90. Iż-żewġ coaches Ruben Baldacchino u Santino Coppa taw ħin fuq il-court lil players kollha hekk kif żewġ runs fit-tieni u fit-tielet sessjoni iddeċiedew il-partita. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Josephine Diaby u Sarah Pace bid-Depiro jkollhom it-trippli ta’ Monique Caruana u Leanne Duncan. Luxol ukoll kellhom trippla minn Marcal għal skor ta’ 14-8. Fit-tieni perjodu, Depiro żammew il-pass mal-avversarji speċjalment fl-ewwel minuti hekk kif it-tieni trippla ta’ Caruana wasslithom sa’ 3 punti ‘l bogħod 13-16. Hawn Luxol kellhom run ta’ 10-2 bil-punti ta’ Diaby, Ellul u Pace biex daħlu jistrieħu 28-17 minn fuq.
L-andament tal-partita baqa’ l-istess fit-tielet taqsma u wara li Caruana għamlet it-tielet three pointer tagħha, Luxol reġgħu għamlu run qawwija, din id-darba ta’ 18-2 fejn fost l-oħrajn kien hemm baskets minn Lisa Fenech Pace flimkien ma’ Ellul u Diaby. Luxol temmew it-taqsima 50-26 minn fuq u l-aħħar sessjoni kienet biss formalita u serviet l-aktar biex diversi żgħażagħ fuq iż-żewġ naħat jieħdu ħin fil-court. Kienu Depiro li għalqu l-partita bil-punti ta’ Duncan u Ciantar għal skor finali ta’ 60-35.
Hibernians 52
Starlites Naxxar 47
(8-14)(15-4)(17-13)(12-16)
Hibernians: E, Farugia, J. Spiteri, Y. Bonett 13, A. Van Vliet 8, J,Abela, C. Camilleri, K. Jenkins 26, N. Farrugia, K. Caruana 5, J. Dabic 6, K. Conti 2, J. Gauchi, J, Dabic.
Starlites: M. Zammit Cordina, M. Riolo 3, A. Saliba, S. Farrugia, M. Bonett 6, S. De Martino 19, K. Portelli, A. Simmons 12, M. Fenech, C. Vella, S. Davies 2, C. Curmi 5.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Ivica Simic, Fanni Fabok
Hibernians irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Starlites 52-47 biex se jġorru magħhom vantaġġ ta’ 5 punti għat-tieni leg. Hibs irkupraw lil Ashleigh Van Vliet u lil Jasmine Abela li kienu nieqsa fl-aħħar partita tagħhom. Hibs ħadu vantaġġ fil-bidu tal-partita bil-baskets ta’ Kenyotta Jenkins u Kirsty Caruana. Starlites wieġbu b’run ta’ 8-0 qabel ma Caruana għamlet l-aħħar basket ta’ Hibs biex Starlites temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 14-8. Hibs kellhom bidu aħjar fit-tieni perjodu hekk kif għamlu run ta’ 12-2 b’diversi punti ta’ Ylenia Bonett u Van Vliet fost l-oħrajn. L-uniċi baskets ta’ Starlites f’din is-sessjoni ġew minn Amelia Simmons biex fl-intervall Hibs kienu 23-18 minn fuq.
Fit-tielet taqsima, Hibs fetħu bi trippla ta’ Bonett għalkemm Starlites malajr irrispondew bil-punti ta’ Stephanie Davies u Steffi De Martino. Wara li Starlites naqqsu d-distakk, Hibs reġgħu għamlu sitt punti mingħajr risposta foshom trippla ta’ Van Vliet għal skor ta’ 40-31 hekk kif De Martino wkoll kellha triippla għal Starlites. Fl-aħħar perjodu Starlites irnexxielhom jippareġjaw il-partita 41-41 wara żewġ trippli minn Mikela Riolo u Christina Curmi. Hibs irkupraw u punti minn Jenkins u Bonett poġġewhom għal darb’oħra fuq quddiem. De Martino rrispondiet mill-ġdid għal Starlites però Hibsukoll kellhom il-punti ta’ Jenkins biex rebħu l-partita 52-47.
Starlites Naxxar 73
Hibernians 60
(16-11)(12-25)(25-11)(25-13)
Starlites: M. Zammit Cordina 4, M. Riolo 11, A. Saliba, S. Farrugia, M. Bonett 16, S. De Martino 18, K. Portelli, A. Simmons 17, M. Fenech, S. Davies 7, C. Curmi.
Hibernians: E. Farrugia, K. Conti, Y. Bonett 11, A. Van Vliet 9, J. Abela 10, C. Camilleri, K. Jenkins 25, N. Farrugia, K. Caruana 5, J. Spiteri, J. Gauchi, J. Dabic
Referees: Florentina Ciurariu, Fanni Fabok, Ionut Ciurariu.
Starlites kellhom waħda mill-aħjar wirjiet tal-istaġun fit-tieni partita kontra Hibernians hekk kif kienu l-uniku team li rnexxielhu jaqleb ir-riżultat tal-ewwel partita u b’aggregate ta’ 120-112 kisbu post fil-finali kontra Luxol. Wara l-ewwel basket minn Amelia Simmons għal Starlites, Hibs wieġbu b’sitt punti mingħajr risposta. Starlites irkupraw u kienu huma li għamlu run ta’ 12-2 fejn flimkien ma’ Simmons, kien hemm ukoll Steffi De Martino u Stephanie Davies li għamlu l-punti biex huma temmew l-ewwel sessjoni 16-11 minn fuq. Fit-tieni taqsima l-vantaġġ ta’ Starlites kiber għal 10 punti 24-14 b’baskets minn Mikela Riolo u Michela Zammit Cordina. Hibs ġew f’tagħhom u kellhom żewġ runs ta’ 11-2 u 11-0 b’diversi punti minn Jenkins li kellha trippa flimkien ma’ Bonett, Van Vliet u Abela b’dawn tal-aħħar ukoll ikollhom trippla kull wieħed. Dawn wasslu biex fl-intervall, Hibs kienu 8 punti minn fuq 36-28.
Wara l-intervall, Starlites bdew bi 8 punti mingħajr risposta minn Simmons u De Martino. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin bi trippla ta’ Abela terġa’ tpoġġi lil Hibs basket minn fuq 43-41. Hawn Starlites reġgħu għamlu run oħra ta’ 12-2 biex fi tmiem is-sessjoni huma kienu sitt punti minn fuq 53-47 u punt minn fuq bl-aggregate. Fl-aħħar taqsima, il-vantaġġ ta’ Starlites baqa’ stabbli bil-Hibs jitħabtu biex jerġgħu jieħdu l-vantaġġ. It-tamiet tal-Pawlisti però sfaxxaw hekk kif Starlites kellhom l-aħħar run deċisiva ta’ 7-0 bi trippla ta’ Riolo li rathom jiftħu vantaġġ ta’ 13 -il punt 69-56. Maria Bonett kienet perfetta minn fuq il-freethrow line bi 8 minn 8 biex Starlites baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 73-60.
//= $special ?>