Fi stqarrija, il-President ta’ Malta George Vella saħaq li hemm bżonn li jsiru l-isforzi kollha meħtieġa biex tikkalma s-sitwazzjoni bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
George Vella qal li n-nies tal-Ukrajna għandhom is-sapport kollu ta’ Malta, bis-sitwazzjoni mhux biss qed thedded is-sigurtà tal-Ukrajna iżda tal-istabbiltà tal-pajjiżi Ewropej kollha.
Il-President kompla jgħid li l-awtoritajiet Russi għandhom minnufih jirtiraw il-forzi militari miż-żona tal-Ukrajna filwaqt li jirrispettaw it-teritorju u l-indipendenza Ukrena.
//= $special ?>