Iċ-Ċina — aktar milli tikkundanna lir-Russja għall-aggressjoni — qed takkuża lill-Istati Uniti u l-alleati tal-Punent b’li qed ‘jiggravaw il-kriżi tal-Ukrajna’. Dan meta l-Gvern komunista f’Beijing hu l-unika potenza li naqset milli tikkritika l-aħħar azzjonijiet mill-Kremlin u meta żdied l-inkwiet dwar ‘alleanza ġdida u akar b’saħħitha’ bejn iċ-Ċina u l-Kremlin.
Fil-fatt, iċ-Ċina, issa, approvat l-importazzjoni tal-qamħ mir-Russja f’pass li jista’ inaqqas l-impatt tas-sanzjonjiiet futuri mill-Punent għal Moska. Ir-Russja, li hi fost l-akbar produtturi tal-qamħ fid-dinja, għandha tispiċċa vulnerabbli f’każ li jingħalqulha s-swieq barranin.
Sadanittant, iċ-Ċina qed tiddefendi biċ-ċar lil Moska permezz ta’ stqarrijiet biex ‘il-pajjiżi ( tal-Punent) jirrispettaw it-tħassib leġittimu ta’ ħaddieħor dwar is-sigurtà’. Il-kelliema f’Beijing tennew li l-pajjiżi involuti fil-kriżi għandhom jaħdmu għall-paċi minflok jeskalaw il-kriżi u l-possibbiltà ta’ gwerer’. Dan meta ċ-Ċina kemm-il darba użat stqarrijiet bħal dawn biex tikkritika lill-Punent fid-dawl tal-aħħar żviluppi fl-Ukrajna.
//= $special ?>