Ambjent Elezzjoni 2022 Lokali

“Il-Gvern fid-dmir jipproteġi l-ambjent ta’ pajjiżna” – FAA

Il-Gvern huwa fid-dmir impost fuqu mill-Kostituzzjoni illi jipproteġi l-ambjent u r-riżorsi kollha ta’ pajjiżna għall-benefiċċju tal-ġenerazzjoni preżenti u dawk tal-futur. U għandu l-obbligu li jindirizza kull forma ta’ degradazzjoni jew ħsara ambjentali.

‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ ħadmet fuq dokument li jelenka dawk li għandhom ikunu l-prioritajiet tal-Gvern biex jiżgura l-preżervazzjoni ta’ dak li fadal mill-ambjent u l-wirt ta’ pajjiżna…kif ukoll il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin.

Fid-dokument… li sab l-appoġġ sħiħ tal-General Workers Union… il-Kamra tal-Kummerċ u l-Malta Chamber of Planners, l-FAA tfakkar li l-poplu għandu d-dritt sagrosant u protett bil-liġi għal ambjent san, ħieles minn tniġġiż fl-arja, mit-trab u minn tniġġiż viżwali u storbju żejjed. Kull Malti għandu d-dritt mogħti lilha mill-liġi li jgawdi daru fil-paċi ….u li jgawdi l-ispazji pubbliċi – enfasi li qed tinghata mill-PN fil-programm elettorali tieghu.

Id-dokument ifakkar ukoll lill-Gvern li hu qiegħed hemm biex iservi liċ-ċittadini kollha … għall-ġid komuni.

Jgħid ukoll li assi pubbliċi għandhom jibqgħu tal-pubbliku u mhux jingħataw lill-privat sakemm mhux biex isir titjib veru fiż-żona… u jikkritika l-għotja ta’ artijiet b’konċessjonijiet, li jgħid li jekk jingħataw għandhom ikun biss fuq bażi strettament temporanja u kkontrollata. L-FAA tinsisti wkoll li l-iżviluppp infrastrutturali mhux sostenibbli m’għandux isir a skapitu tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.