Il-Malta Police Union nediet 28 proposta għal diskussjoni mal-partit politiċi bl-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet u l-ambjent tax-xogħol u l-professjoni tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Fost dawn il-proposti hemm dik fil-programm elettorali tal-PN, li dawk li jispiċċaw mis-servizz wara 25 sena, ikollhom l-opportunità li jibqgħu fis-servizz mingħajr ma jitilfu l-pensjoni. Dam filwaqt li qed iħeġġu biex il-pensjoni tiġi riveduta kull tliet snin skont l-għoli tal-ħajja.
Proposta oħra hi dik li membri tal-Korp jistgħu jkollhom tattoos u jistgħu jkollhom il-leħja la darba din tinżamm pulita.
Huma qed jipproponu wkoll li l-ammont ta’ ħin li wieħed jista’ jinżamm arrestat jiżdied għal 72 siegħa, f’każi serji bħal omiċidji u serq aggravat.
//= $special ?>