Elezzjoni 2022 Lokali

Il-Partit Nazzjonlista jista’ jgħinek twettaq il-ħolm tiegħek realtà

Waqt il-Kunsill Ġenerali, il-President għad-Djalogu Soċjali Ivan J Bartolo spjega kif permezz tal-Partit Nazzjonlista iż-żagħżagħ se jkunu jistgħu joħolmu, fejn b’Bernard Grech Prim Ministru dan il-ħolm isir realtà.

Bartolo żied li l-Partit Nazzjonalista għandu Programm Elettorali li se jkun qed jgħin liż-żagħżagħ sabiex jibqgħu f’pajjiżna hekk kif se jkun qed joħloqu 10 setturi ekonomiċi ġodda fejn fost l-oħrajn se jkun qed joħloq is-settur tal-metaverse li huwa s-settur li fuqu se jkun ibbażat il-futur.

Ivan J Bartolo semma kif permezz tal-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista u d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja hu rnexxielu jirnexxi u hekk se jkun qed jagħmel il-PN ma kull żagħżugħ u żagħżugħa. Il-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonlista se jkun qed joħloq ekonomija vibbranti li tagħti futur aħjar lil kull individwu.