Elezzjoni 2022 Lokali

“Il-poplu jrid Gvern li jara li pajjiżna jimxi ‘l quddiem biex nikbru u nimirħu” – Michael Piccinino

“Pajjiżna jinsab f’salib it-toroq u għanda għażla ċara bejn il-politika ta’ Robert Abela u l-viżjoni ta’ Bernard Grech u l-Partit Nazzjonlista li tħares lejn il-futuri ta’ pajjiżna”, dan kien il-messaġġ ewlieni tas-Segretarju tal-Partit Nazzjonlista Michael Piccinino fil-Kunsill Ġenerali storiku li approva l-Programm Elettorali li se jkun qed jagħti viżjoni lill-pajjiżna.

Piccinino tkellem dwar kif pajjiżna ħaqqu Gvern li jibbaża politika fuq is-sostennibilità fejn permezz tal-proċess tal-clusters li nbeda numru ta’ xhur ilu nħolqot viżjoni li se tbiddel il-mod ta’ kif inħarsu lejn il-futur ta’ pajjiżna, bi tkabbir ekonomiku sostennibli b’rabta diretta mal-ambjent.

Is-Segretarju Ġenerali qal kif il-Partit Nazzjonlista kien lest għall-Elezzjoni Ġenerali, fejn għall-kuntrarju tal-Partit Laburista li sa issa kellu kampanja ta’ attakki fil-konfront tal-Partit Nazzjonlista, minn naħa tiegħu Bernard Grech u t-tim tiegħu ħarġu mal-ewwel b’numru ta’ proposti u ftit tal-jiem wara anke bil-Programm Elettorali. Michael Piccinino temm id-diskors tiegħu billi qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista tista’ biss issir realtà jekk fis-26 ta’ Marzu il-poplu jagħżel lil Bernard Grech.