Futbol Sport

Il-UEFA b’laqgħa urġenti dwar is-sitwazzjoni bejn l-Ukrajna u r-Russja

Il-UEFA mistennija ssejaħ laqgħa urġenti fost il-membri fil-jum tal-Ġimgħa b’rabta mal-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna. Il-UEFA mistennija tmexxi il-finali tal-UEFA Champions League li kienet se ssir fil-belt ta’ San Pietruburgu fir-Russja.

Matul din il-laqgħa mistennija tkun deċiża wkoll dwar il-playoffs ta-Tazza tad-Dinja tat-timijiet nazzjonali Russi u Ukreni, li kienu skedati għal Marzu li ġej. Ir-Russja se jkun qed jaffrontaw lil Polonja filwaqt li l-Iskozja se jilagħbu kontra l-Ukrajna fl-24 ta’ Marzu.

Intant, fi stqarrija il-federazzjonijiet tal-futbol tal-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u tal-Iżvezja qalu li dawn il-playoffs m’għandhomx isiru fir-Russja. Huma qalu li t-timijet nazzjonali m’humiex se jkunu qed jivvjaġġaw għal dawn il-konfronti u sejħu sabiex dawn ikunu rilokati f’pajjiżi oħra.

Il-partita mill-Europa League bejn Real Betis u Zenit St.Petersburg se tkun qed tintlagħab kif pjanat.