Il-Kummissjoni Elettorali qed tavża lil dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw ġimgħa qabel il-jum stabbilit għall-votazzjoni, minħabba każijiet ta’ safar jew sptar, illi jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, min-nhar it-Tnejn it-28 ta’ Frar, 2022, biex jieħdu l-ġurament stipulat. Il-ħinijiet huma mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8.00 a.m. sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sat-8.00 pm
Kulħadd huwa avżat illi t-terminu legali biex isiru dawn l-applikazzjonijiet bil-ġurament huwa sa’ nofsinhar tal-Ġimgħa, it-18 ta’ Marzu, 2022.
Kull applikant għandu jieħu miegħu il-karta tal-Identita’ tiegħu.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fid-19 ta’ Marzu illi jrid ikollhom id-dokument tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża wkoll li ser tkun qed tinħareġ stqarrija oħra bid-dettalji ta’ x’għandu jsir fil-każ ta’ votanti li jixtiequ jieħdu l-ġurament waqt li qegħdin barra minn Malta.
Għal aktar informazzjoni ibgħat email fuq advancedvoting.electoral@gov.mt
//= $special ?>