Dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat minn AnneMarie Grech għamel żjara fil-lokalità ta’ B’Bugia. Hemmhekk huwa kellu l-opportunità li jżur is-suq u jiltaqa’ ma’ divesi bejjiegħa u xerrejja.
Dawk kollha li kellhom l-opportunità jitkellmu ma’ Bernard Grech faħħru l-proposti li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista fosthom il-proposta tat-tnaqqis tal-VAT. Huwa qal li l-program elettorali tal-PN għandu pjan ċar li bil-viżjoni tagħna se nagħtu lil dan il-pajjiż iktar ġid u aktar flus fil-but tan nies.
Oħrajn semmewlu wkoll l-importanza li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jitkellem dwar l-ambjent u jibqa’ jressaq proposti konkreti sabiex f’pajjiżna jkollna ambjent mill-isbaħ u l-familji jkollhom postijiet fejn ikunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom.
Bernard Grech qal li huwa d-dmir tal-Partit Nazzjonalista li jara li l-perusni jkollhom moħħhom mistrieħ u serħan tal-moħħ anke fil-lokalitajiet tagħhom. Għalhekk, Bernard Grech qal li huwa importanti li fil-lokalitajiet tagħna ikun hemm iktar investiment fin-negozji u naraw ukoll li jkun hemm aktar zoni ħodor fejn wieħed jista’ jqatta ftit ħin ta’ mistrieħ. Għalhekk Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li jkun hemm afforestazzjoni f’kull lokalità – proġetti li jagħtu l-opportunità li jkun hemm iktar siħar u għalhekk in-nies ikollhom aktar spazji ħodor.
Bla dubju ta’ xejn li l-għoli tal-ħajja tinsab fuq fomm kulħadd, hekk kif diversi familji, anzjani u ħaddiema qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar minħabba żieda fil-prezz ta’ bosta prodotti bażiċi.
Matul din iż-żjara, Bernard Grech kien akkumpanjat minn diversi kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali li se jikkontestaw fuq il-5 distrett.
