Jeremy Zammit rebaħ l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Jannar wara li kiser rekord nazzjonali fil-long jump, b’qabża ta’ 7 metri u 73 ċentimetru. Hu rnexxielu jikser ir-rekord miżmum minn Rachid Chouhal b’aktar minn żewġ ċentimetri.
Zammit rebaħ dan l-unur darbtejn matul is-sena 2021, fix-xhur ta’ April u Lulju. Dan wara li kellu prestazzjonijiet mill-aqwa fl-EAP International Meeting kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt l-20 sena.
L-unur kien preżentat mid-direttur maniġerjali Matthew von Brockdorff kif ukoll miċ-Chief Commercial Officer ta’ Atlat Insurance Robert Micallef.
//= $special ?>