Ftit tal-ħin ilu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista beda jiltaqa’ l-Kunsill Ġenerali.
Il-laqgħa tal-lejla qed issir fis-sala prinċipali tad-Dar Ċentrali, u għandha l-għan li tapprova l-Programm Elettorali tal-PN. Dan wara li nhar it-Tlieta il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN approva l-istess viżjoni.
Dan il-Programm Elettorali huwa lista ta’ proposti ġodda li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista u li se jkunu krucjali sabiex kull ċittadin ikollu opportunitajiet aħjar, sabiex pajjiżna jissebbaħħ u joffri ambjent aħjar għal kulħadd, u sabiex il-kwalità tal-ħajja ta’ kull Malti u Maltija tara qabża ‘l quddiem.
Agħfas hawn biex tara x’fih il-Manifest Elettorali tal-PN.
//= $special ?>