Ewropa Internazzjonali

“L-UE hi kompletament kontra l-attakki tar-Russja” – Roberta Metsola

Fi tweet li ħarġet il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola qalet li l-Unjoni Ewropea hi kompletament kontra l-attakki tar-Russja fuq l-Ukrajna.

Metsola saħqet li l-pajjiżi Ewropew se jkunu qed jagħtu s-sapport kontinwu u jgħinu lill-Ukrajna hekk kif fl-eqqel ta’ dawn l-attakki hemm nisa, irġiel u tfal innoċenti involuti.

Kien għalhekk li qalet li se jkunu qegħdin iżommu lil Kremlin responsabbli ta’ dak li jiġri.

Fid-dawl ta’ dan, l-Unjoni Ewropea se tkun qed tiltaqa’ b’mod urġenti. Fid-disgħa bdiet konferenza bejn il-Presidenti biex illejla għall-ħabta tat-8pm se jiltaqa’ l-Kunsill Ewropew.