“L-Ewropa hi bbażata fuq il-liġijiet, il-libertà, u il-valuri. Dawn huma li jagħmlu lill-Unjoni Ewropea b’saħħitha u magħquda, u hu għalhekk li se nibqgħu naħdmu favur il-paċi.”
Kien dan li qalet il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola f’kumment li tat lil midja fi Brussell meta tkelmet dwar l-invazzjoni mir-Russja fuq l-Ukranja… ġurnata meqjusa bħala jum iswed għad-demokrazija, il-liġi internazzjonali u l-paċi bejn il-pajjiżi.
Roberta Metsola qalet li l-Unjoni Ewropea se tibqa’ taħdem għall-għaqda, bl-Unjoni tati s-solidarjetà tagħha lejn l-Ukrajna. Hi qalet li din l-aggressjoni brutali se twassal għal riżultati negattivi ferm fuq il-pajjiżi Ewropew.
//= $special ?>