Formula 1 Sport

Max Verstappen u Sebastian Vettel mhux se jikkompetu fil-Grand Prix tar-Russja

Iċ-champion tal-Formula 1 Max Verstappen u Sebastian Vettel qed isejħu sabiex il-Grand Prix tar-Russja ma sseħħx wara l-invażjoni Russa fl-Ukrajna. Il-Grand Prix f’Sochi għandha ssir fil-25 ta’ Settembru u se jkun qed jagħmel bojcott kemm-il darba din it-tellieqa ma titneħħix mill-kalendarju tal-2022.

Is-sewwieq ta’ Aston Martin qal li hu mhux se jkun qed jsuq f’din il-Grand Prix filwaqt li wera solidarjeta’ mal-poplu Ukren. Intant fi stqarrija il-Formula 1 qalet li se tkun qed issegwi s-sitwazzjoni mill-viċin u tieħu azzjoni skond l-iżviluppi ta’ din is-sitwazzjoni.