Lokali

NIŻVELAW: Arrestat l-uffiċjal ta’ Transport Malta Clint Axisa

Aktar kmieni illum ġie arrestat l-uffiċjal ta’ Trasport Malta Clint Axisa, illi għandu rabtiet kbar mal-Partit Laburista.

Kien ilbieraħ meta l-Prim Ministru ġie affaċjat b’domandi dwar allegati abbuzi fi Transport Malta, inkluż allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u allegazzjonijiet oħra dwar kif ġew irranġati telefonati għal jobs biex jidħlu in-nies ma’ TM li huma kunsidrati bħala tal-qalba.

Għad-domandi ta’ Newsbook, Robert Abela ħarab milli jwieġeb.

Il-Prim Ministru qal biss li Transport Malta “għandha l-awtonomija tagħha”.

Axisa huwa persuna promimenti ferm fi Transport Malta, u ċertu allegazzjonijiet dwaru ilhom xhur sħaħ għaddejin. Dan filwaqt li hu baqa’ regolarment jappoġġja lil Robert Abela fl-attivitajiet politiċi tiegħu taħt it-tinda.

Persuna li hu qrib ħafna tal-Ministru Ian Borg

Dawk li ħarġu fl-aħħar sigħat huma allegazzjonjiiet oħra ta’ korruzzjoni qawwija fl-entità li taqa’ fid-dekasteru tal-Ministru Ian Borg.

Fost l-allegazzjonijiet kien hemm diversi rapporti ta’ jobs irranġatai għal nies bla kwalifiki neċessarji, jobs maħluqa għal persuni mid-distrett ta’ Borg, jobs li s-sejħiet għalihom ġew emendati biex jitolbu kwalifiċi ferm aktar baxxi minn dawk meqjusa bħala meħtieġa għall-karigi vakanti, u ħafna allegazzjonijiet oħra. Abela qal li ma kienx mgħarraf b’dawn l-allegazzjonijet.

Axisa jidher spiss ma Robert Abela… u fl-ahhar jiem kien taħt it-tinda fl-attivitajiet tal-Labour.