Waqt l-istess Kunsill Ġenerali, il-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo qal li dan huwa manifest elettorali indirizzat għall-Maltin kollha li jħobbu u jridu l-ġid għal Malta.
Huwa qal li llum qegħdin naħsdu dawk il-proposti għall-elezzjoni fosthom is-settur tal-ospitalità… proposti kbar fejn se nuru li Malta li aħna nistgħu nagħmlu aħjar mill-Gvern Laburista.
Robert Arrigo qal il-Gvern kien qed jisraq lill-poplu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.. serq li sar anke fl-income tax. Sostna li llum nistgħu ma nħallux li jsir iktar dan is-serq.
Huwa fakkar fil-Maratona ġbir ta’ Fondi li se ssir nhar is-Sibt li ġej mis-sagħtjn ta’ waranofsinhar ‘il quddiem.
