Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola ħabbret li se ssir plenarja ta’ dibattitu straordinarja fl-1 ta’ Marzu fi Brussel biex jiġi diskuss dak li qed iseħħ bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Roberta Metsola qalet li dan inqabel bejn il-President tal-Kummissjoni, Ursula Von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel bl-għan ewlieni jibqa’ li jintlaħaq qbil sabiex tkun assigurata l-paċi bejn il-pajjiżi.
Il-Presidenti qed juru sapport kontinwu lejn l-Ukrajna hekk kif saħqu li l-pajjiż hu indipendenti u hu għalhekk li l-invażjoni hi llegali. Din is-sitwazzjoni, komplew, qed thedded l-istabbiltà tal-pajjiżi Ewropew u l-mudell ta’ soċjetà demokratika li l-Unjoni tant ħadmet favurha.
//= $special ?>