Elezzjoni 2022 Lokali

“Programm elettorali mibni fuq viżjoni ta’ fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiż” – Claudio Grech

Programm elettorali li fih 700 miżura mifruxin fuq 5 snin.

Matul il-Kunsill Ġenerali Claudio Grech, li fassal dan il-programm elettorali qal li l-PN huwa magħqud flimkien jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Huwa qal li dan il-programm elettorali jiġbor it-tema ta’ Miegħek għal Malta, mibni fuq viżjoni ta’ fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiż.

Huwa rringrazzja lill-Kap Bernard Grech li qed jagħti ħajtu kollha sabiex ikollna pajjiż aħjar. Saħaq li l-punt kruċjali ta’ dan il-programm elettorali huwa l-ġid komuni bil-persuna fiċ-ċentru ta’ kollox.

Claudio Grech tkellem dwar id-diversi proposti li qed iressaq il-PN fosthom miżuri li se jgħinu lill-familji anke fit-trobbija tat-tfal. Apparti dawn hemm ukoll l-investiment fl-iskejjel u ż-żieda fic-children’s allowance tal-familji Maltin. 

Proposti li jinkludu proġett ta’ apprentistat sabiex kulħadd ikun jista’ jirnexxi… fejn Claudio Grech qal li l-PN irid ikun ukoll il-Partit ta’ dan l-istudenti. Huwa għalhekk li Gvern ġdid Nazzjonalista se jżid l-istipendji b’25% biex inkomplu ninċentivaw aktar żgħażagħ biex jikbru.

Claudio Grech qal li l-PN għandu n-nies għal qalbu… għandu għal qalbu liż-żgħażagħ.. żgħażagħ li qed jaffaċċjaw diffikutajiet meta jiġu biex jixtru proprjetà… Gvern ġdid Nazzjonalsita se jkun qed jgħin lil dawn iż-żgħażagħ u se jaħgħti nofs l-interessi tal- ewwel 5 snin fuq is self li kopji żgħażagħ ikunu qed jieħdu mill-banek.  

Huwa qal li s-soluzzjoni tal-PN mhux li nieħdu l-flus tan-nies imma li jinħoloq il-ġid. Proposta ta’ fond ta’ biljun ewro għal għaxar setturi ekonomiċi ġodda.

Claudio Grech irringrazzja lill-mexxejja ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti tal-passat li ħolqu setturi ġodda għal pajjiżna fil-passat… u Bernard Grech hekk se jkompli jagħmel.

Huwa qal li m’hemmx privileġġ isbaħ li wieħed ikun Deputat tal-Partit Nazzjonalista. Claudio Grech irringrazzja lil dawk kollha li ħadmu miegħu u wiegħed li se jkompli jaħdem għal dan il-Partit.