Inkatru l-ġid komuni, bil-persuna biċ-ċentru. Vizjoni li tiffoka fuq 25 pakkett ta’ miżuri speċifiċi….u 550 proposta konkreta.
Huwa dan il-programm elettorali li preżenta l-Partit Nazzjonalista…. Programm elettorali li tfassal bil-ħidma ta’ 14-il policy cluster taħt it-tmexxija tad-deputat Claudio Grech, illi fassal programm dettaljat ta’ 200 paġna.
Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija waħda li tinċentiva l-kunċett imsejjaħ ‘ESG’ – kunċett li fil-qofol tiegħu hemm l-ambjent, ir-responsabbiltà soċjali u l-governanza. Bil-Partit Nazzjonalista jipproponi li dan il-kunċett ikun maqbul mal-Imsieħba Soċjali fl-MCESD.
Il-programm elettorali bit-tema ‘Viżjoni Għal Malta 2030’ jiffoka fuq 25 pakkett ta’ miżuri speċifiċi fosthom il-ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda, enfasi fuq it-tisħiħ tal-pesjonijiet u anzjanita attiva, impjiegi b’pagi aħjar, proprjeta affordabbli, programm personalizzat għas-saħħa u inċentivi biex verament jitkisser il-prekarjat.
Ma’ dawn, hemm il-proposti biex tingħata wkoll prijorità lis-settur ambjentali, fejn isir pjan ħalli jiżdiedu z-zoni ODZ … tinħoloq infrastruttura taħt l-art biex jinfetħu aktar proġetti ta’ spazji miftuħa, u tkun introdotta sistema ta’ tram b’network modern u effiċjenti. Apparti dawn, il-Partit Nazzjonalista fassal politika speċifika għall-qasam tal-isport.
Permezz ta’ dawn il-proposti kollha li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista il-poplu Malti u Għawdxi se jkollu kwalità ta ħajja li tixraqlu… bil-familja u t-tfal ikunu fiċ-ċentru tal-policies nazzjonali.
//= $special ?>